Language of document : ECLI:EU:T:2014:780





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – El Corte Inglés vs UASI – Gaffashion (BAUSS)

(Kawża T‑267/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali Komunitarja BAUSS – Trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti BASS3TRES – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 18-20, 22, 55)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Trade mark preċedenti kkostitwita minn trade mark Komunitarja – Rifjut tar-reġistrazzjoni fil-preżenza ta’ raġuni relattiva għal rifjut anki jekk limitata għal parti mill-Unjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 30)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 33-35, 44)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali BAUSS u trade mark figurattiva BASS3TRES (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 45, 53, 59, 60)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Frar 2013 (Każ R 2295/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u Gaffashion – Comércio de Acessórios de Moda, Lda.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.