Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2013 – The Directv Group vs UASI - Bolloré (DIRECTV)

(Kawża T-718/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Directv Group, Inc. (El Segundo, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Valentin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bolloré SA (Érgue Gaberic, Franza)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 1812/2012-2 u għaldaqstant tirrikonoxxi l-validità tat-trade mark ikkontestata.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: It-trade mark verbali “DIRECTV” għal oġġetti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 41 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 163 138

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja parzjalment revokata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u trade mark Komunitarja revokata fl-intier tagħha

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja