Language of document :

Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2013 – The Directv Group vs UASI – Bolloré (DIRECTV)

(Kawża T-722/13)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Directv Group, Inc. (El Segundo, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Valentin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bolloré SA (Érgue Gaberic, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 1960/2012-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “DIRECTV” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 38 u 41 – Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 100 750

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja rrevokata parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja rrevokata fl-intier tagħha

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.