Language of document : ECLI:EU:T:2015:735





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Settembru 2015 –
Gat Microencapsulation vs UASI – BASF (KARIS)

(Kawża T‑720/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KARIS – Trade marks Komunitarja u internazzjonali verbali preċedenti CARYX – Trade marks nazzjonali u fil-Benelux verbali preċedenti AKRIS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 110)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti – Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 25)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 36, 47)

4.                     Trade mark Komunitarja – Preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja – Identifikazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati mit-trade mark – Użu tal-indikazzjonijiet ġenerali tat-titoli tal-klassijiet tal-klassifikazzjoni ta’ Nice – Portata (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1, Regola 2(4)) (ara l-punt 44)

5.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Eżami mill-ġdid tal-fatti fid-dawl tal-provi prodotti għall-ewwel darba quddiemha – Esklużjoni (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 188; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65) (ara l-punti 89, 109)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Koeżistenza ta’ trade marks preċedenti fis-suq – Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 105)

7.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali KARIS u trade marks verbali CARYX u AKRIS (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 115, 116)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1862/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BASF SE u Gat Microencapsulation AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gat Microencapsulation GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.