Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2023 – TB vs ENISA

(Kawża T-511/21) 1

(“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Riorganizzazzjoni tal-ENISA – Deċiżjoni ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat – Assenjazzjoni għal funzjonijiet mhux maniġerjali – Annullament parzjali – Indissoċjabbiltà – Assenza ta’ att li jista’ jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: TB (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (rappreżentanti: I. Taurina, G. Pappa u C. Chalanouli, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti titlob, fl-ewwel lok, l-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA) li ġġedded il-kuntratt tax-xogħol tagħha fis-sens li tassenjaha għal pożizzjoni mhux maniġerjali, kif ifformalizzat mill-emenda għall-kuntratt li waslet fit-13 ta’ Ottubru 2020 u l-firma ta’ din l-emenda fis-26 ta’ Ottubru 2020. Fit-tieni lok, ir-rikorrenti titlob l-annullament, skont kif meħtieġ, tad-deċiżjoni tal-ENISA tat-12 ta’ Mejju 2021, li permezz tagħha l-Bord ta’ Tnexxija tal-ENISA ċaħad l-ilment tagħha mressaq fit-12 ta’ Jannar 2021 kontra d-deċiżjoni kkontestata. Fit-tielet lok, ir-rikorrenti titlob kumpens għad-dannu materjali u morali li hija allegatament ġarrbet bħala riżultat tal-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

TB hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 481, 29.11.2021.