Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Ottubru 2011 - Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-139/06) 1

("Nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Pagamenti ta' penalità - Adozzjoni, mill-Istat Membru, ta' ċerti miżuri - Talba għal ħlas - Kompetenza tal-Kummissjoni - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment E. Belliard, G de Bergues u S. Gasri, sussegwentement E. Belliard, G. de Bergues u B. Cabouat, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: T. van Rijn, K. Banks u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti : S. Behzadi-Spencer, T. Harris u C. Murrell, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 659 finali, tal-1 ta' Marzu 2006, li tirrigwarda talba għal ħlas ta' pagamenti ta' penalità dovuti skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Lulju 2005, Il-Kummissjoni vs Franza (C-304/02, Ġabra p. I-6263).

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 165, 15.07.2006.