Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Mejju 2013 - BytyOKD vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-559/11) 

("Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Bejgħ mir-Repubblika Ċeka tas-sehem minoritarju tagħha fil-kapital tal-kumpannija OKD fil-kuntest ta' privatizzazzjoni - Deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta' għajnuna mill-Istat - Assoċjazzjoni professjonali - Nuqqas ta' interess individwali - Kunċett ta' parti interessata - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Sdružení nájemníků BytyOKD.cz (Ostrava, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: R. Pelikán, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 4927, tat-13 ta' Lulju 2011, dwar il-bejgħ lil Karbon Invest a.s. tas-sehem minoritarju tal-Istat Ċek fil-kapital ta' OKD, a.s., u li tiddikjara li dan il-bejgħ ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat [Għajnuna mill-Istat SA.25076 (2011/NN)] (ĠU C 225, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Sdružení nájemníků BytyOKD.cz hija kkundannata għall-ispejjeż.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent ta' RPG Industries Limited.

____________

1 - ĠU C 13, 14.01.2012.