Language of document : ECLI:EU:T:2012:615





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Novembru 2012 – Atlas vs UASI – Couleurs de Tollens (ARTIS)

(Kawża T-558/11)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ARTIS — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti ARTIS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 18, 19, 21, 44)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Trade marks verbali ARTIS (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 22, 23, 30-33, 45)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Natura kumplimentari tal-prodotti jew tas-servizzi (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)( b)) (ara l-punti 24-26)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1253/2010‑1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Couleurs de Tollens-Agora u Atlas sp. z o.o.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Atlas sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż fosthom l-ispejjeż indispensabbli esposti mill-Couleurs de Tollens għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).