Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ April 2024 – Insider vs EUIPO – Alaj (in Insajderi)

(Kawża T-119/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea in Insajderi – Trade mark verbali preċedenti nazzjonali INSAJDERI u trade mark figurattiva preċedenti nazzjonali in Insajderi Gazetë online – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Portata tal-eżami li għandu jitwettaq mill-Bord tal-Appell – Artikolu 27(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625 – Nuqqas ta’ produzzjoni tal-provi – Traduzzjoni – Artikolu 7 tar-Regolament Delegat 2018/625 – Dritt għal smigħ – Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001 – Possibbiltà għall-Bord tal-Appell li jaċċetta provi prodotti għall-ewwel darba quddiemu – Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625 – Artikolu 95(2) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Insider LLC (Pristina, ir-Repubblika tal-Kosovo) (rappreżentant: M. Ketler, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Partioħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Florim Alaj (Zoug, l-Isvizzera)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 1152/2022-5)

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-5 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 1152/2022-5) hija annullata.

L-EUIPO huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tiegħu, għal dawk sostnuti minn Insider LLC.

____________

1     ĠU C 155, 2.5.2023.