Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Moreda-Riviere Trefilerías et vs Il-Kummissjoni

(Kawża magħquda T-426/10 sa T-429/10, T-438/12 sa T-441/12) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing – Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Unità ekonomika – Parteċipazzjoni diretta fil-ksur – Responsabbiltà dderivata tal-kumpanniji parent – Suċċessjoni ta’ impriżi – Ksur kumpless – Ksur wieħed u kontinwu – Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi – Prinċipji ta’ nuqqas ta’ retroattività u ta’ nulla poena sine lege – Ċirkustanzi attenwanti – Kapaċità ta’ ħlas – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni – Talba ta’ evalwazzjoni mill-ġdid – Assenza ta’ evoluzzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt – Ittra ta’ rifjut – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Moreda-Riviere Trefilerías, SA (Gijón, Spanja) (Kawżi T-426/10 u T-440/12); Trefilerías Quijano, SA (Los Corrales de Buelna, Spanja) (Kawżi T-427/10 u T-439/12); Trenzas y Cables de Acero PSC, SL (Santander, Spanja) (Kawżi T-428/10 u T-441/12); u Global Steel Wire, SA (Cerdanyola del Vallés, Spanja) (Kawżi T-429/10 u T-438/12) (rappreżentanti: fil-Kawżi T-426/10 sa T-429/10, F. González Díaz u A. Tresandi Blanco u, fil-Kawżi T-438/12 sa T-441/12, inizjalment F. González Díaz u P. Herrero Prieto, sussegwentement F. González Díaz u A. Tresandi Blanco, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawżi T-426/10, T-427/10, T-429/10, T-438/12 sa T-441/12, V. Bottka, F. Castillo de la Torre u C. Urraca Caviedes, aġenti, assistiti minn L. Ortiz Blanco u A. Lamadrid de Pablo, avukati, u, fil-Kawża T-428/10, V. Bottka u F. Castillo de la Torre, assistiti minn L. Ortiz Blanco u A. Lamadrid de Pablo)

Suġġett

Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269 finali, tal-4 ta’ April 2011, kif ukoll tal-ittra tad-direttur ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Lulju 2012.

Dispożittiv

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Moreda-Riviere Trefilerías, SA, Trefilerías Quijano, SA, Trenzas y Cables de Acero PSC, SL u Global Steel Wire, SA huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 317, 20.11.2010.