Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' April 2012 - Free vs UASI - Conradi + Kaiser (FreeLounge)

(Kawża T-161/12)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Free (Pariġi, Franza) (rappreżentant: Y. Coursin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Conradi + Kaiser GmbH (Kleinmaischeid, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-25 ta' Jannar 2012, fil-Każ R 437/2011-2;

tiddeċiedi li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkuntestata għandha tkun miċħuda kollha kemm hi, fuq il-bażi tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri, kemm quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Freelounge", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35 u 41 - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 8442832

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurativa Franċiża "free LA LIBERTÉ N'A PAS DE PRIX" Nru 99785839, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38; trade mark verbali Franċiża "FREE" Nru 1734391 għal servizzi fil-klassi 38; isem ta' kumpannija "FREE", użat fil-kummerċ fi Franza; isem ta' domain "FREE.FR" użat fil-kummerċ

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarju miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament parżjali tad-deċiżjoni kkontestata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________