Language of document : ECLI:EU:T:2015:271





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2015 — Ternavsky vs Il-Kunsill

(Kawża T‑163/12)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi diretti kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi — Restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu fit-territorju tal-Unjoni — Żball ta’ evalwazzjoni”

1.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja — Rekwiżiti minimi (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2012/171/PESK, 2013/534/PESK u 2014/24/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 265/2012, Nru 1054/2013 u Nru 46/2014) (ara l-punti 50-55)

2.                     Rikors għal annullament — Motivi — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Raġuni distinta minn dik li tirrigwarda l-legalità fil-mertu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 64, 65)

3.                     Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja — Iffriżar ta’ fondi u restrizzjonijiet ta’ dħul u ta’ tranżitu fit-territorju tal-Unjoni — Portata tal-istħarriġ (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2012/171/PESK, 2013/534/PESK u 2014/24/PESK; Regolamenti tal-Kunsill Nru 265/2012, Nru 1054/2013 u Nru 46/2014) (ara l-punti 69-73, 104, 124)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 87, p. 95), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 265/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 87, p. 37), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 288, p. 69), tar-Regolament ta’ Implimentezzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 288, p. 1), tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/24/PESK, tal-20 ta’ Jannar 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 16, p. 32), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 46/2014, tal-20 ta’ Jannar 2014, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 16, p. 3), sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 265/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, u r-Regolament ta’ Implimentezzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, sa fejn dawn jirrigwardaw lil A. Ternavsky, huma annullati.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll in-nofs tal-ispejjeż ta’ A. Ternavsky fil-kuntest ta’ din l-istanza.

4)

A. Ternavsky għandu jbati n-nofs tal-ispejjeż tiegħu fil-kuntest ta’ din l-istanza. Huwa għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk tal-Kunsill fil-kuntest tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.