Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta' Ġunju 2012 - Süd-Chemie vs UASI - Byk-Cera (CERATIX)

(Kawża T-312/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CERATIX - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti CERATOFIX - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Süd-Chemie AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: Baron W. von der Osten-Sacken u A. Wenninger-Lenz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Byk-Cera BV (Deventer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. Kroher, A. Hettenkofer, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta' April 2011 (Kaz R 1585/2010-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Süd-Chemie AG u Byk-Cera BV.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Süd-Chemie AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 238, 13.08.2011.