Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Frar 2011 - Mizuno vs UASI - Golfino (G)

(Kawża T-101/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mizuno Corp. (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentanti: T. Raab und H. Lauf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Golfino AG (Glinde, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta' Diċembru 2010, fil-Każ R 821/2010-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-ittra "G" u simboli oħra, għal prodotti fil-klassi 25

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Golfino AG

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva li tinkludi l-ittra "G" u s-simbolu "+", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u inċidentalment tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1 inkwantu ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komuniarja (ĠU L 78, p. 1).