Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Ġunju 2011 - Oetker Nahrungsmittel vs UASI - Bonfait (Buonfatti)

(Kawża T-471/09) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Buonfatti - Trade mark Benelux verbali preċedenti Bonfait - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG (rappreżentant: F. Graf von Stosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: R. Manea, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bonfait BV (Denekamp, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta' Ottubru 2009 (Każ R 340/2007-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Bonfait BV u Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-2 ta' Ottubru 2009 (Każ R 340/2007-4) hija annullata.

L-UASI għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk inkorsi minn Dr. August Oetker Nahrungsmittel KG.

____________

1 - ĠU C 24, 30.01.2010.