Language of document : ECLI:EU:T:2014:1040

Kawżi T‑472/09 u T‑55/10

SP SpA

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-vireg jew tar-rombli għar-rinfurzar tal-konkrit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 65 KEFA, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Iffissar tal-prezzijiet u tat-termini għall-ħlas — Limitazzjoni jew kontroll tal-produzzjoni jew tal-bejgħ — Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali — Bażi legali — Eċċess ta’ poter u użu ħażin ta’ proċedura — Multi — Limitu previst fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 — Rikors għal annullament — Deċiżjoni ta’ modifika — Inammissibbiltà”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2014

1.      Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rekwiżit analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1))

2.      Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Elaborazzjoni ta’ motiv invokat preċedentement — Ammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1) u 48(2))

3.      Atti tal-istituzzjonijiet — Preżunzjoni ta’ validità — Att ineżistenti — Kunċett

(Artikolu 249 KE)

4.      Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni notifikata fl-annessi tagħha — Kuntest magħruf mill-persuna interessata li tippermettilha tifhem il-portata tal-miżura adottata fir-rigward tagħha — Assenza ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

(Artikoli 15 KEFA u 36 KEFA)

5.      Kummissjoni — Prinċipju ta’ kolleġjalità — Portata — Deċiżjoni ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni notifikata fl-annessi tagħha — Ksur tal-prinċipju ta’ kolleġjalità — Assenza — Provi esposti b’mod suffiċjenti fil-liġi fit-test tad-deċiżjoni

(Artikolu 219 KE)

6.      Atti tal-istituzzjonijiet — Għażla tal-bażi legali — Leġiżlazzjoni tal-Unjoni — Rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ prevedibbiltà — Indikazzjoni espressa tal-bażi legali — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, ksur tal-Artikolu 65 KEFA u li tissanzjona lill-impriża inkwistjoni — Bażi legali stabbilita mill-Artikolu 7(1) u mill-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003

(Artikolu 65(1) KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 7(1) u 23(2))

7.      Akkordji — Akkordji suġġetti ratione materiae u ratione temporis għas-sistema legali tat-Trattat KEFA — Skadenza tat-Trattat KEFA — Kontinwità tas-sistema ta’ kompetizzjoni libera taħt it-Trattat KE — Żamma ta’ kontroll mill-Kummissjoni meta taġixxi fil-kuntest legali tar-Regolament Nru 1/2003

(Artikolu 65(1) KEFA; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003)

8.      Atti tal-istituzzjonijiet — Applikazzjoni ratione temporis — Regoli proċedurali — Regoli sostantivi — Distinzjoni — Skadenza tat-Trattat KEFA — Deċiżjoni ta’ applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni adottata wara din l-iskadenza u li tirrigwarda fatti li seħħew qabilha — Prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u ta’ legalità tal-pieni — Sitwazzjonijiet legali li seħħew qabel l-iskadenza tat-Trattat KEFA — Suġġettar għas-sistema legali tat-Trattat KEFA

(Artikolu 65(1) KEFA; Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 49(1))

9.      Akkordji — Ftehimiet bejn impriżi — Ksur tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 65 KEFA — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Għan antikompetittiv — Konstatazzjoni suffiċjenti

(Artikolu 65(1) KEFA)

10.    Akkordji — Ksur kumpless li jinkludi elementi ta’ ftehim u elementi ta’ prattika miftiehma — Kwalifika unika bħala “ftehim u/jew prattika miftiehma” — Ammissibbiltà — Konsegwenzi fir-rigward tal-obbligu ta’ motivazzjoni

(Artikoli 15 KEFA u 65(1) KEFA)

11.    Akkordji — Prattika miftiehma — Kunċett — Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu għal kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq — Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri — Preżunzjoni tal-użu tal-informazzjoni biex jiġi ddeterminat l-aġir fis-suq — Assenza ta’ effetti antikompetittivi fuq is-suq — Assenza ta’ effett

(Artikolu 65(1) KEFA)

12.    Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Rekwiżit ta’ imparzjalità — Konsegwenzi fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-provi

(Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, premessa 37)

13.    Akkordji — Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv — Ċirkustanza li tippermetti, fl-assenza ta’ tbegħid mid-deċiżjonijiet meħuda, li jiġi konkluż li l-impriża pparteċipat fl-akkordju sussegwenti — Tbegħid pubbliku — Interpretazzjoni restrittiva

(Artikolu 65(1) KEFA)

14.    Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Modalità ta’ prova — Provi dokumentali — Evalwazzjoni tal-valur ta’ prova ta’ dokument — Kriterji — Assenza ta’ inizjali u ta’ firma — Assenza ta’ effett

(Artikolu 65 KEFA)

15.    Akkordji — Projbizzjoni — Ksur — Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku — Kunċett — Evalwazzjoni — Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lil impriża għall-ksur kollu — Ammissibbiltà

(Artikolu 65(1) KEFA; Artikolu 81 KE)

16.    KEFA — Prezz — Parametri ta’ prezzijiet — Reklamar obbligatorju — Kompatibbiltà mal-projbizzjoni tal-akkordji

(Artikoli 60 KEFA u 65(1) KEFA)

17.    Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Portata tal-prinċipju — Annullament ta’ deċiżjoni inizjali tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur — Adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida abbażi ta’ bażi legali oħra u tal-atti preparatorji preċedenti — Ammissibbiltà — Obbligu li ssir dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida — Assenza

(Artikolu 65(1), (4) u (5) KEFA)

18.    Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Rispett tad-drittijiet tad-difiża — Aċċess għall-fajl — Portata — Rifjut ta’ komunikazzjoni ta’ dokument — Konsegwenzi — Neċessità li ssir, fuq il-livell tal-oneru tal-prova li taqa’ fuq l-impriża kkonċernata, distinzjoni bejn id-dokumenti li huma prova kontra u dawk li jiskaġunaw

19.    Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Ammont massimu — Kalkolu — Dħul mill-bejgħ li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni — Dħul mill-bejgħ akkumulat tal-kumpanniji kollha li jifformaw l-entità ekonomika li taġixxi bħala impriża — Ksur tal-entità ekonomika matul l-impożizzjoni tal-multa — Applikazzjoni tal-limitu massimu lill-kumpanniji kkunsidrati individwalment — Kumpannija fi stralċ — Impossibbiltà li tiġi imposta multa fuqha jekk ma tiġix stabbilita unità ekonomika bejn din il-kumpannija u l-grupp li kien is-suġġett tal-multa

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

20.    Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Rikors kontra deċiżjoni li żżid annessi ma deċiżjoni eżistenti mingħajr ma tbiddel is-sustanza tagħha — Rikors li ma jistax jikseb vantaġġ lill-parti li ppreżentatu — Inammissibbiltà

(ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 65)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 66)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 72-74)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 78-83, 104)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 106, 107)

6.      Fi ħdan is-sistema legali Komunitarja, l-istituzzjonijiet għandhom biss kompetenzi li huma assenjati lilhom. Għal din ir-raġuni, l-atti Komunitarji jsemmu fil-preambolu tagħhom il-bażi legali li tawtorizza lill-istituzzjoni kkonċernata taġixxi fil-qasam inkwistjoni. L-għażla tal-bażi legali xierqa għandha fil-fatt importanza kostituzzjonali.

Deċiżjoni li biha l-Kummissjoni tikkonstata, wara l-iskadenza tat-Trattat KEFA, li impriża wettqet ksur tal-Artikolu 65(1) KEFA u timponi fuqha multa ssib il-bażi legali tagħha fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1/2003 għall-konstatazzjoni tal-ksur, u fl-Artikolu 23(2) tal-istess regolament għall-impożizzjoni tal-multa.

(ara l-punti 117, 121)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 122-138)

8.      L-applikazzjoni tar-regoli tat-Trattat KE f’qasam inizjalment irregolat bit-Trattat KEFA għandha sseħħ b’osservanza tal-prinċipji li jirregolaw l-applikazzjoni tal-liġi ratione temporis. F’dan ir-rigward, għalkemm ir-regoli proċedurali ġeneralment jitqiesu li japplikaw għat-tilwim pendenti kollu minn meta dawn jidħlu fis-seħħ, ir-regoli sostantivi għandhom jiġu interpretati, sabiex tiġi ggarantita l-osservanza tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, bħala li jirrigwardaw sitwazzjonijiet li nħolqu qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom biss sa fejn mill-kliem, mill-għanijiet jew mill-istruttura tagħhom jirriżulta b’mod ċar li t-tali effett għandu jiġi attribwit lilhom.

F’din il-perspettiva, fir-rigward tal-kwistjoni tad-dispożizzjonijiet sostantivi applikabbli għal sitwazzjoni ġuridika definittivament stabbilita qabel l-iskadenza tat-Trattat KEFA, il-kontinwità tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u r-rekwiżiti li jikkonċernaw il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jimponu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet sostantivi adottati skont it-Trattat KEFA, għall-fatti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae u ratione temporis tagħhom. F’dan ir-rigward, il-prinċipju ta’ nullum crimen sine lege, nulla poena sine lege jimplika li r-regola sostantiva li għall-ksur tagħha tiġi imposta sanzjoni tkun fis-seħħ mhux biss fil-mument tat-twettiq ta’ aġir illegali, iżda anki fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li tippronunzja s-sanzjoni.

(ara l-punti 140, 141, 143-145)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 150, 151, 162, 210, 220)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 156-160, 167)

11.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 163-166, 178, 181, 269)

12.    Fir-rigward tal-proċeduri amministrattivi mmexxija mill-Kummissjoni fir-rigward tad-dritt tal-kompetizzjoni, l-osservanza tal-garanziji mogħtija mill-ordinament ġuridiku tal-Unjoni fil-proċeduri amministrattivi għandha importanza partikolari fil-każijiet fejn l-istituzzjoni kkonċernata jkollha setgħa diskrezzjonali. L-osservanza ta’ dawn il-garanziji hija, barra minn hekk, stabbilita bir-Regolament Nru 1/2003. Fost dawn il-garanziji, b’mod partikolari, hemm l-obbligu għall-istituzzjoni kompetenti li teżamina, bir-reqqa u b’imparzjalità, l-elementi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni. Barra minn hekk, il-provi għandhom jiġu evalwati kollha kemm huma billi jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti.

(ara l-punti 184-187)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 197, 223, 226)

14.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 201)

15.    Ksur tal-Artikolu 81 KE u, b’analoġija, tal-Artikolu 65 KEFA, jista’ jirriżulta mhux biss minn att iżolat, iżda wkoll minn sensiela ta’ atti jew saħansitra minn aġir kontinwu. F’dan ir-rigward, aġiri relattivi għall-iffissar tal-prezzijiet bażi ta’ prodott u tat-termini ta’ ħlas jidhru bħala episodji tal-implementazzjoni tal-istess għan waħdieni intiż għall-iffissar ta’ prezz minimu miftiehem, ġaladarba kull wieħed minn dawn l-aġiri huwa kkonkretizzat taħt forma ta’ metodi, ftit jew wisq simili fiż-żmien, li permezz tagħhom il-prezz minimu miftiehem ġie ffissat.

Il-fatt li l-istess aġir ġie adottat fil-qasam tal-prezzijiet bażiċi, tas-supplimenti, tat-termini ta’ ħlas u tal-kontroll jew tal-limitazzjoni tal-produzzjoni jew tal-bejgħ, u dan matul snin twal, u li barra minn hekk jeżistu provi ta’ laqgħat ta’ kontroll tal-aġir miftiehem, juri li s-sitwazzjoni fis-suq kienet issorveljata b’mod permanenti u li inizjattivi ġodda għaldaqstant ġew adottati meta l-impriżi involuti kienu jqisu li dan kien neċessarju, b’tali mod li din ma hijiex kwistjoni ta’ tul effimeru tal-aġir inkwistjoni.

(ara l-punti 211-213)

16.    Il-prezzijiet li jinsabu fil-parametri għandhom jiġu ffissati minn kull impriża b’mod indipendenti, mingħajr ftehim, lanqas taċitu, bejniethom. Isegwi li, meta, fil-kuntest ta’ ftehim regolari, impriżi kompetituri jadottaw aġir kontinwu intiż li jelimina, kemm permezz tal-ftehim kif ukoll permezz tal-prattiki miftiehma, l-inċertezza relatata, b’mod partikolari, mas-supplimenti ta’ daqs li huma għandhom japplikaw fis-suq, dan l-aġir jikkostitwixxi akkordju pprojbit fis-sens tal-Artikolu 65 KEFA.

(ara l-punti 231-232)

17.    Meta deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tat-Trattat KEFA u li timponi multi tkun ġiet annullata minħabba l-fatt li l-Artikolu 65(4) u (5) KEFA kien skada u li l-Kummissjoni għalhekk ma setgħetx iktar tislet kompetenzi mill-imsemmija dispożizzjonijiet li ma baqgħux fis-seħħ fil-mument tal-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni, l-eżekuzzjoni tas-sentenza li ddikjarat din in-nullità timponi lill-Kummissjoni tkompli bil-proċedura mill-punt preċiż fejn seħħet l-illegalità, jiġifieri mill-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni annullata. Għalhekk, il-Kummissjoni ma għandhiex, abbażi tal-prinċipju tal-osservanza tad-drittijiet tad-difiża, l-obbligu li tindirizza dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida lir-rikorrenti.

(ara l-punti 277, 280)

18.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 285-288)

19.    Il-limitu massimu ta’ 10 % tat-total tad-dħul mill-bejgħ fis-sena kummerċjali preċedenti minn impriża suġġetta għal multa minħabba ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, liema limitu massimu huwa ffissat mill-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003 bħala limitu għal din il-multa, huwa intiż, b’mod partikolari, biex jipproteġi lill-impriżi kontra livell eċċessiv ta’ multa li tista’ tkisser is-sustanza ekonomika tagħhom. Minn dan jirriżulta li l-limitu massimu ma huwiex relatat mal-perijodu tal-ksur issanzjonat, li jista’ jkun żvolġa fuq bosta snin sad-data ta’ impożizzjoni tal-multa, iżda għal perijodu viċin ta’ din id-data. Jekk ikun jirriżulta li diversi destinatarji jikkostitwixxu l-impriża, fis-sens ta’ entità ekonomika responsabbli għall-ksur issanzjonat, u dan ulterjorment fid-data ta’ meta tiġi adottata din id-deċiżjoni, il-limitu massimu jista’ jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-dħul mill-bejgħ globali ta’ din l-impriża, jiġifieri billi jiżdiedu flimkien il-komponenti kollha tagħha. Min-naħa l-oħra, jekk fil-frattemp dik l-unità ekonomika ma tkunx għadha teżisti, kull destinatarju tad-deċiżjoni għandu d-dritt li l-limitu massimu inkwistjoni jiġi applikat għalih individwalment. Isegwi li, fin-nuqqas li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ unità ekonomika bejn impriża u grupp ta’ kumpanniji li kien is-suġġett tal-multa u meta din l-impriża tkun tinsab, waqt l-impożizzjoni tal-multa, fi stralċ u ma tiġġenerax, għalhekk, dħul mill-bejgħ, din ma tistax tiġi imposta multa.

F’dan ir-rigward, is-sempliċi fatt li persuni li jipparteċipaw fil-kapital ta’ impriża huma rrappreżentati wkoll fil-bord tad-diretturi tagħha, mingħajr ma għandhom maġġoranza fiha, ma jistax jiġġustifika li jitqies li dawn il-membri komplew jeżerċitaw influwenza determinanti fuq din l-impriża fil-mument tal-impożizzjoni tal-multa. Bl-istess mod, komunikazzjoni għall-istampa li ssemmi sħubija strateġika bejn dawn il-membri u grupp ta’ kumpanniji ma hijiex biżżejjed biex tiġi stabbilita l-eżistenza, fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li imponiet il-multa, ta’ influwenza determinanti ta’ dawn il-membri fuq dan il-grupp. Lanqas ma tista’ tistabbilixxi l-eżistenza ta’ unità ekonomika bejn żewġ kumpanniji ċ-ċirkustanza, meħuda waħedha, li s-sede ta’ waħda tikkorrispondi mal-uffiċċju rreġistrat tal-oħra.

(ara l-punti 307, 308, 317, 318, 321, 324)

20.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 331-334)