Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' April 2010 - Xeda International vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-71/10 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Direttiva 91/414/KEE - Deċiżjoni dwar in-noninklużjoni ta' diphenylamine fl-Anness I tad Direttiva 91/414 - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' urġenza"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Xeda International SA (Saint-Andiol, Franza) (rappreżentanti: C. Mereu, K. Van Maldegem, avukati, u P. Sellar, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u L. Parpala, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2009/859/KE, tat-30 ta' Novembru 2009, dwar in-noninklużjoni ta' diphenylamine fl-Anness I tad Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar ta' awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (ĠU L 314, p. 79), sal-għoti tas-sentenza fuq ir-rikors prinċipali.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżjorji hija miċħuda.

2)    L-ispejjeż huma rriżervati.

____________