Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2020 – Schmid vs EUIPO – Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Steirisches Kürbiskernöl g.g.A GESCHÜTZTE GEOGRAFISCHE ANGABE)

(Kawża T-700/20)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gabriele Schmid (Halbenrain, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Ginzburg, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Graz, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Steirisches Kürbiskernöl g.g.A GESCHÜTZTE GEOGRAFISCHE ANGABE bil-kuluri blu, isfar, aħdar, abjad (krema) – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 108 454

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 2186/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(i) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________