Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2013 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-367/13)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/214/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), 1 sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-ammonti ta’ EUR 8 292 783.94 u ta’ EUR 71 610 559.39 bħala spejjeż sostnuti mill-aġenzija tal-ħlas akkreditata mir-Repubblika tal-Polonja;

tordna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u tal-Artikolu 31(1) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 minħabba l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja bbażata fuq konstatazzjonijiet fattwali żbaljati u interpretazzjoni żbaljata tal-liġi, minkejja l-fatt li l-infiq twettaq mill-awtoritajiet Pollakki skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti hija tal-fehma li, fid-dawl tal-pożizzjoni meħuda mill-Kummissjoni, il-korrezzjoni applikata kienet allegatament dovuta għal allegati ħames nuqqasijiet fl-implementazzjoni tal-miżura “Għajnuna għall-impriżi semi-sostenibbli”. L-ewwel nuqqas kien jikkonċerna l-allegat rekwiżit li l-benefiċjarju jipprovdi mill-inqas 50% tal-fondi għall-attivitajiet ta’ ristrutturazzjoni. It-tieni nuqqas kien dovut għall-assenza ta’ kontrolli trażversali ta’ bhejjem fil-kuntest tal-kontroll amministrattiv tal-ewwel talba fir-rigward tal-korrettezza tad-daqs ekonomiku tal-impriża (ESU) indikat mill-bidwi. It-tielet nuqqas kien jikkonċerna ksur tal-allegat rekwiżit ta’ spezzjoni fuq il-post fl-ewwel sena tal-implementazzjoni tal-programm. Ir-raba’ nuqqas, skont il-Kummissjoni, kien dovut għall-assenza ta’ konnessjoni adatta bejn l-għanijiet intermedji u r-rekwiżiti agrikulturali. Min-naħa l-oħra, il-ħames nuqqas kien jikkonċerna ksur tal-allegat rekwiżit li tingħata definizzjoni kwantitattiva tal-għanijiet intermedji. Ir-rikorrenti tikkontesta l-interpretazzjoni ġuridika u l-konstatazzjonijiet fattwali tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawn l-allegati nuqqasijiet.It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali minħabba l-applikazzjoni ta’ metodu ta’ korrezzjoni finanzjarja li kien manifestament jikser ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u l-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, flimkien mal-Linji Gwida Nru VI/5330/97.F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni adottat metodu ta’ korrezzjoni li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni Ewropea u li jikser il-Linji Gwida Nru VI-5330/97. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqis li l-proċedura bilaterali ma tatx il-possibbiltà lill-awtoritajiet Pollakki li jimplementaw kwalunkwe verifika tal-evalwazzjoni tal-inkompatibbiltajiet stabbiliti, għaliex kien biss wara li twettqet il-proċedura bilaterali li l

-Kummissjoni ħadet il-passi sabiex tikkonkludi l-evalwazzjoni. Abbażi ta’ dan, ir-rikorrenti ssostni li l-korrezzjoni finanzjarja kienet applikata mill-Kummissjoni bi ksur tal-proċedura tal-clearance tal-kontijiet.It-tielet motiv jikkonċerna ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE peress li d-deċiżjoni kkontestata ma hijie

x suffiċjentement motivata.Ir-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni abbażi tal-fatt li, skont id-deċiżjoni kkonstestata, l-awtoritajiet Pollakki ma kinux involuti mill-qrib fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet peress li l-Kummissjoni ppreżentat il-pożizzjoni ta’ prinċipju tagħha biss wara konsultazzjoni bilaterali. Il-Kummissjoni ma pproduċiet ebda provi u naqset milli tipprovdi raġunijiet għall-konstatazzjonijiet legali u fattwali tagħha, li hija adottat bħala bażi għall-korrezzjoni finanzjarja applikata.