Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2015 – Boehringer Ingelheim International vs UASI – Lehning entreprise (ANGIPAX)

(Kawża T-368/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ANGIPAX – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ANTISTAX – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Boehringer Ingelheim International GmbH (Ingelheim am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: initizjalment V. von Bomhard u D. Slopek, avukati, sussegwentement V. von Bomhard)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Pétrequin u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lehning entreprise SARL (Sainte-Barbe, Franza) (rappreżentanti: P. Demoly, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ April 2013 (Każ R 571/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Boehringer Ingelheim International GmbH u Lehning entreprise SARL.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Boehringer Ingelheim International GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn Lehning entreprise SARL għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).