Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta' Marzu 2009 - Kipp vs Europol

(Kawża F-28/09)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Michael Kipp (L-Aja, l-Olanda) (rappreżentant: P. de Casparis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li tinforma lir-rikorrent dwar l-impossibbiltà li ssirlu offerta ta' impjieg permanenti, kif ukoll tad-deċiżjoni tas-7 ta' Jannar 2009 li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-ewwel deċiżjoni.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008 li permezz tagħha l-konvenut indika lir-rikorrent li ma setax joffrilu impjieg permanenti kif ukoll id-deċiżjoni dwar l-ilment, tas-7 ta' Jannar 2009, li kkonstatat bħala infondati l-oġġezzjonijiet li r-rikorrent ressaq kontra d-deċiżjoni tat-12 ta' Ġunju 2008;

tikkundanna lil Europol għall-ispejjeż.

____________