Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2013 – Kreyenberg vs UASI – Il-Kummissjoni (MEMBER OF €e euro experts)

(Kawża T-3/12) 1

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva MEMBER OF €e euro experts - Raġuni assoluta għal rifjut - Emblemi tal-Unjoni u tal-oqsma ta’ azzjoni tagħha - Simbolu tal-euro - Artikolu 7(1)(i) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Heinrich Kreyenberg (Ratingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Ottubru 2011, (Każ R 1804/2010-2), dwar proċedimenti ta’ invalidità bejn il-Kummissjoni Ewropea u Heinrich Kreyenberg.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Heinrich Kreyenberg għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

____________

1     ĠU C 65, 03.03.2012.