Language of document : ECLI:EU:T:2016:736





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 – TestBioTech et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-177/13)

“Ambjent – Prodotti ġenetikament modifikati – Sojja ġenetikament modifikata MON 87701 x MON 89788 – Ċaħda bħala mhux fondata ta’ talba ta’ eżami intern mill-ġdid tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”

1.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Att li għadu ma sarx definittiv fir-rigward tar-rikorrenti – Inklużjoni – Limiti

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 44, 46)

2.      Ftehimiet internazzjonali – Ftehimiet tal-Unjoni – Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni ta’ Aarhus) – Effetti – Supremazija fuq l-atti tad-dritt sekondarju tal-Unjoni – Eżami tal-legalità ta’ att tad-dritt sekondarju tal-Unjoni fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija konvenzjoni – Esklużjoni

(Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikolu 9(3); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1367/2006, Artikolu 10(1))

(ara l-punt 50)

3.      Ambjent – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Applikazzjoni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni – Fakultà għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jitolbu l-eżami intern mill-ġdid ta’ atti amministrattivi fil-qasam tal-ambjent – Għan tal-eżami mill-ġdid

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1367/2006, Artikoli 10(1) u 11)

(ara l-punt 51)

4.      Ambjent – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Applikazzjoni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni – Fakultà għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jitolbu l-eżami intern mill-ġdid ta’ atti amministrattivi fil-qasam tal-ambjent – Possibbiltà li tkun meħtieġa l-adozzjoni ta’ miżura speċifika – Assenza

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1367/2006, Artikolu 10)

(ara l-punt 55)

5.      Ambjent – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Applikazzjoni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni – Fakultà għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jitolbu l-eżami intern mill-ġdid ta’ atti amministrattivi fil-qasam tal-ambjent – Preċiżazzjoni tar-raġunijiet tal-eżami mill-ġdid – Ħtieġa li jiġu indikati l-elementi li jistgħu jqajjmu dubji fir-rigward tal-fondatezza tal-att inkwistjoni – Obbligu ta’ eżami tal-Kummissjoni fil-preżenza ta’ tali elementi – Portata

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1367/2006)

(ara l-punti 67, 83, 85-87, 109)

6.      Ambjent – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Applikazzjoni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni – Fakultà għall-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jitolbu l-eżami intern mill-ġdid ta’ atti amministrattivi fil-qasam tal-ambjent – Ċaħda ta’ talba bħala infondata – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1367/2006, Artikolu 10)

(ara l-punti 76-80)

7.      Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Ikel u għalf għall-annimali ġenetikament modifikat – Regolament Nru 1829/2003 – Awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Natura vinkolanti tal-opinjoni tal-Awtorità Ewropea ta’ sigurtà tal-ikel – Assenza

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1829/2003, Artikoli 4 u 16)

(ara l-punt 103)

8.      Protezzjoni tas-saħħa pubblika – Evalwazzjoni tar-riskji – Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni – Portata – Kunċetti ta’ riskju u ta’ periklu – Determinazzjoni tal-livell ta’ riskju kkunsidrat inaċċettabbli għas-soċjetà – Kompetenza tal-istituzzjoni tal-Unjoni indikata mil-leġiżlazzjoni relevanti

(Artikolu 168(1) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1829/2003, il-premessi 32 u 43)

(ara l-punti 104-109)

9.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Kundizzjonijiet – Assigurazzjonijiet preċiżi pprovduti mill-amministrazzjoni

(ara l-punt 115)

10.    Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fil-mertu

(Artikolu 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punt 129)

11.    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont iċ-ċirkustanzi tal-każ

(It-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE)

(ara l-punt 130)

12.    Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti ta’ forma proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors – Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c))

(ara l-punt 141)

13.    Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti ta’ forma proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Riferiment ġenerali għall-elementi esposti fil-kuntest tal-ewwel motiv insostenn tat-tieni wieħed – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c))

(ara l-punti 145, 146)

14.    Proċedura ġudizzjarja – Produzzjoni tal-provi – Terminu – Tressiq tardiv tal-provi – Kundizzjonijiet

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 85(3))

(ara l-punti 250, 251)

15.    Ambjent – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Applikazzjoni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni – Aċċess għall-ġustizzja – Natura raġonevoli tal-ispejjeż tal-proċedura – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Konvenzjoni ta’ Aarhus, Artikolu 9(4))

(ara l-punt 302)

16.    Proċedura ġudizzjarja – Trattament tal-kawżi quddiem il-Qorti Ġenerali – Protezzjoni mogħtija lill-partijiet kontra l-użu mhux xieraq tal-atti proċedurali – Portata – Pubblikazzjoni fuq l-internet tar-risposta tal-parti avversarja – Abbuż tal-proċedura – Teħid inkunsiderazzjoni fit-tqassim tal-ispejjeż

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 135(2))

(ara l-punt 307)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-8 ta’ Jannar 2013, dwar l-eżami intern mill-ġdid tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/347/UE, tat-28 ta’ Ġunju 2012, li tawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti li jkun fihom, li jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mis-sojja MON 87701 × MON 89788 (MON-877Ø1-2 × MON-89788-1) ġenetikament modifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2012, L 171, p. 13).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

TestBioTech eV, European Network of Scientists for Social and Environmental Responsibility eV et Sambucus eV għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) kif ukoll Monsanto Europe u Monsanto Company għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.