Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Marzu 2012 - Comsa vs UASI - COMSA (COMSA)

(Kawża T-144/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comsa, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: M. Aznar Alonso, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Constructora de obras municipales, SA (COMSA) (Madrid, Spanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa' r-rikors u tiddikjara n-nuqqas ta' konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, dwar it-trade mark Komunitarja (li issa sar ir-Regolament (KE) Nru 207/2009) tal-punti 2, 3 u 5 tad-deċiżjoni tal-10 ta' Jannar 2012 mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell fil-Każijiet magħquda R 518/2011-2 u R 795/2011-2;

tordna lill-konvenut, u jekk ikun il-każ, lill-intervenjenti, iħallas l-ispejjeż kollha tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Constructora de obras municipales, SA (COMSA)

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "COMSA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 19, 35, 36, 37, 39 u 42 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 7 091 051

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: l-isem ta' kumpannija (isem kummerċjali) "COMSA S.A." u t-trade mark mhux irreġistrata "COMSA"

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appelli tar-rikorrenti u tal-konvenut milqugħa parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009

____________