Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2011 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-126/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Boury, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra safejn din timponi sanzjoni dixxiplinari fil-forma ta’ ċanfira fir-rigward tar-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-Deċiżjoni AIPN CMS 10/038 li timponi sanzjoni ta’ ċanfira fir-rigward tar-rikorrent, kif ukoll id-Deċiżjoni AIPN Nru R/393/11 li kkonfermat l-ewwel waħda;

jikkonstata li s-sanzjoni ta’ ċanfira li ġiet imposta mill-Awtorità tal-Ħatra fir-rigward tar-rikorrent mingħajr il-produzzjoni ta’ provi validi ta’ atti ta’ fastidju allegatament imwettqa minnu u mingħajr investigazzjoni indipendenti, imparzjali u ekwa li tippermetti li tiġi stabbilita r-realtà u l-verità tal-allegati atti ta’ fastidju li twettqu mir-rikorrenti fil-konfront tal-kollega tiegħu, hija sanzjoni diskrezzjonali li tikkostitwixxi att ta’ diskriminazzjoni min-naħa tal-Awtorità tal-Ħatra fil-konfront tar-rikorrent;

jikkonstata li matul dan il-każ ir-rikorrent ssubixxa preġudizzji morali u materjali serji u li, minħabba dan il-fatt, għandu dritt jikseb kumpens għall-dawk l-istess preġudizzji. Dawk il-preġudizzji għandhom jiġu evalwati skont kriterji li għandhom jiġu stabbiliti mit-Tribunal;

jikkonstata li, b’mod partikolari, matul dan il-każ u preċedentement, ir-rikorrent safa’ vittma ta’ ksur gravi tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem, tad-drittijiet li jirriżultaw mit-Trattati, mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u li, minħabba dan il-fatt, għandu dritt jikseb kumpens għall-dak l-istess ksur, li għandu jiġi evalwat mit-Tribunal.