Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Ottubru 2011 - Symbio Gruppe vs UASI - ADA Cosmetic (SYMBIOTIC CARE)

(Kawża T-562/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Symbio Gruppe GmbH & Co. KG (Herborn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Schulz u C. Onken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: ADA Cosmetic GmbH (Kehl, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta' Awwissu 2011, fil-Każ R 2121/2010-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ADA Cosmetic GmbH

Trade mark Komunitarja kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali ta' trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali "SYMBIOTIC CARE", għal prodotti fil-klassijiet 3, 5, 29 u 30

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali u figurattivi "SYMBIOFLOR" u "SYMBIOLACT", reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali "SYMBIOFEM" u tat-trade mark figurattiva "SYMBIOVITAL" għal prodotti fil-klassijiet 1, 3, 5, 29 u 32.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trades kunfliġġenti, kif ukoll ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell naqas milli jikkunsidra li t-trade marks opposti kienu jiffurmaw parti minn familja ta' trade marks.

____________