Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta' Settembru 2012 - Farage vs Il-Parlament u Buzek

(Kawża T-564/11) 

["Dritt istituzzjonali - Deċiżjoni tal-President tal-Parlament li timponi fuq deputat Ewropew is-sanzjoni tat-telf tal-jedd għall-allowance ta' soġġorn għal għaxart'ijiem - Deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament li tiddikjara inammissibbli t-talba tad-deputat li jiddefendi l-immunità Parlamentari tiegħu - Nuqqas ta' ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti Ġenerali - Inammissibiltà manifesta"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nigel Paul Farage (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Bennett, solicitor)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u D. Moore, aġenti); u Jerzy Buzek (Brussell, Il-Belġju)

Suġġett

Talba għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tat-2 ta' Marzu 2010 tal-President tal-Parlament, li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni tat-telf tal-jedd għall-allowance ta' soġġorn għal għaxart'ijiem, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tal-24 ta' Marzu 2010 tal-uffiċċju tal-Parlament, li tikkonferma d-deċiżjoni ċċitata iktar 'il fuq tal-President tal-Parlament, it-tielet nett, tad-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali tal-Parlament, li tiddikjara inammissibbli t-talba tar-rikorrent li jiddefendi l-immunità tiegħu, ir-raba' nett, tad-deċiżjoni tal-Parlament li barra minn hekk ma ġietx identifikata.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

N. Paul Farage għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.

____________

1 - ĠU C 25 tat-28.01.2012.