Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2013 – Symbio Gruppe vs UASI

(Kawża T-562/11) 1

(Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Tħassir tar-reġistrazzjoni internazzjonali – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Symbio Gruppe GmbH & Co. KG (Herborn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Schulz u C. Onken, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: R. Pethke u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ada Cosmetic GmbH (Kehl, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment H. Börjes-Pestalozza, sussegwentement R. Douglas Morton u E. Kessler, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 2121/2010 4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Symbio Gruppe GmbH & Co. KG u Ada Cosmetic GmbH.DispożittivMa hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.