Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2017 – Devin vs EUIPO - Haskovo (DEVIN)

(Kawża T-122/17)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Devin AD (Devin, il-Bulgarija) (rappreżentant: B. Van Asbroeck, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Haskovo Chamber of Commerce and Industry (Haskovo, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “DEVIN” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 408 865

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Diċembru 2016 fil-Każ R 579/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni mogħtija fid-29 ta’ Jannar 2015 mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni fil-Każ Nru 9 559 ;

tiċħad fl-intier tagħha, jew tal-inqas parzjalment, it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa mir-rikorrenti kontra t-trade mark tal-Unjoni Ewropea “DEVIN” Nru 9408865 għall-prodotti kollha fil-klassi 32;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

ksur tal-Artikolu 52(1)(a) moqri flimkien tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

sa fejn il-Bord tal-Appell ma kisirx l-Artikolu 7(1)(c), ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________