Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2017 – M&T Emporia Ilektrikon Ilektronikon Eidon vs EUIPO (fluo.)

(Kawża T-120/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: M&T Emporia Ilektrikon-Ilektronikon Eidon AE (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: A. Spyridonos, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “fluo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 664 486

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Diċembru 2016 fil-Każ R 863/2016-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din ċaħdet it-trade mark inkwistjoni u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark għall-prodotti kollha li għalihom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni jaqgħu fil-klassi 9 tal-klassifikazzjoni ta’ Nice;

tikkundanna lill-EUIPO għall-assjem tal-ispejjeż tal-istanzi kollha.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

____________