Language of document :

Digriet tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2017 – Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte vs ACER

(Kawża T-123/17 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Enerġija – Deċiżjoni tal-ACER li tiċħad talba għal intervent fil-Każ A-001-2017(konsolidat) – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Rajal, avukat)

Konvenuta: l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (rappreżentanti: P. Martinet u E. Tremmel, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-ACER tas-17 ta’ Frar 2017 li tiċħad t-talba għal intervent tar-rikorrenti fil-Każ A-001-2017 (konsolidat).

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________