Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2018 – Estamede vs BĊE

(Kawża T-124/17) 1

(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika ekonomika u monetarja – BĊE – Ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg – Involviment ta’ organu rregolat mid-dritt pubbliku Grieg ta’ ġestjoni ta’ fond ta’ pensjoni għall-inġiniera u għall-kuntratturi pubbliċi – Assenza ta’ interess proprju jew ta’ trasferiment tad-dritt għal kumpens – Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti formali – Inammissibbiltà manifesta”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Enosi Syntaxiouchon Tameiou Asfaliseon Michanikon kai Ergolipton Dimosion Ergon (Estamede) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: P. Miliarakis, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Koutsoukou u K. Laurinavičius, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni li allegatament sostnew l-Eniaios Foreas Koinonikis Asfalisis (EFKA) u, b’mod iktar partikolari, il-fergħa professjonali tagħha tal-inġiniera u tal-kuntratturi pubbliċi, it-Tameio Syntaxeon Michanikon kai Ergolipton Dimosion Ergon (TSMEDE) (Tomeis Michanikon Ergolipton Dimosion Ergon), kif ukoll l-affiljati tagħha rtirati minħabba, b’mod partikolari, l-adozzjoni mill-BĊE tad-Deċiżjoni 2012/153/UE tal-5 ta’ Marzu 2012 dwar l-eliġibbiltà ta’ strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta għall-iskambju ta’ dejn tar-Repubblika Ellenika (ĠU 2012, L 77, p. 19), kif ukoll minħabba miżuri oħra tal-BĊE marbutin mar-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

L-Enosi Syntaxiouchon Tameiou Asfaliseon Michanikon kai Ergolipton Dimosion Ergon (Estamede) hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 151, 15.5.2017.