Language of document : ECLI:EU:T:2018:152





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Marzu 2018 – Estamede vs BĊE

(Kawża T-124/17)

“Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Politika ekonomika u monetarja – BĊE – Ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg – Involviment ta’ organu rregolat bid-dritt pubbliku Grieg li jamministra l-fond ta’ rtirar tal-inġinieri u tal-imprendituri tax-xogħlijiet pubbliċi – Assenza ta’ interess dirett jew ta’ trasferiment tad-dritt għal kumpens – Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżit formali – Inammissibbiltà manifesta”

1.      Rikors għad-danni – Locus standi – Assoċjazzjoni professjonali – Interess dirett jew trasferiment tad-dritt għal kumpens

(Artikolu 268 TFUE)

(ara l-punti 14, 15)

2.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Produzzjoni tal-provi – Rikors intiż għall-kumpens għad-danni kkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76(d) u (f))

(ara l-punti 18, 20, 21, 24, 25)

3.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni tat-talbiet tar-rikors – Formulazzjoni ċara u preċiża

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 76))

(ara l-punt 26)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE intiża li tikseb kumpens għad-danni li allegatament sofriet l-Eniaios Foreas Koinonikis Asfalisis (EFKA) u, b’mod iktar partikolari, il-fergħa professjonali tagħha tal-inġiniera u tal-imprendituri tax-xogħlijiet pubbliċi, it-Tameio Syntaxeon Michanikon kai Ergolipton Dimosion Ergon (TSMEDE) (Tomeis Michanikon Ergolipton Dimosion Ergon), kif ukoll l-affiljati tagħha li rtiraw sussegwentement, b’mod partikolari, bl-adozzjoni mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tad-Deċiżjoni 2012/153/UE, tal-5 ta’ Marzu 2012, dwar l-eliġibbiltà tat-titoli debitorji negozjabbli maħruġa jew iggarantiti totalment mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest tal-offerta ta’ skambju ta’ obbligazzjonijiet mir-Repubblika Ellenika (ĠU 2012, L 77, p. 19), kif ukoll b’miżuri oħra marbuta mar-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku Grieg.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

L-Enosi Syntaxiouchon Tameiou Asfaliseon Michanikon kai Ergolipton Dimosion Ergon (Estamede) hija kkundannata għall-ispejjeż.