Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Settembru 2018 – Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte vs ACER

(Kawża T-123/17) 1

(“Enerġija – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER – Ċaħda tat-talba għal intervent – Interess dirett u attwali fi tmiem il-proċedura – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Rajal, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (rappreżentanti: P. Martinet u E. Tremmel, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER tas-17 ta’ Frar 2017 li tiċħad it-talba għal intervent tar-rikorrenti fil-Kawża A-001-2017 (consolidated).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 129, 24.4.2017.