Language of document : ECLI:EU:T:2018:672





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Ottubru 2018 – M&T Emporia Ilektrikon-Ilektronikon Eidon vs EUIPO (fluo.)

(Kawża T120/17)

Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea fluo. - Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar‑Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Ordni indirizzata lill-Uffiċċju – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(6))

(ara l-punt 13)

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Stħarriġ tal-legalità tad-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell – Eżami mill-ġdid taċ-ċirkustanzi ta’ fatt fid-dawl ta’ provi mhux ippreżentati preċedentement quddiem id-dipartimenti tal-Uffiċċju – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65)

(ara l-punt 16)

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Għan – Obbligu ta’ disponibbiltà

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)]

(ara l-punt 22)

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Kunċett

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)]

(ara l-punti 23, 24)

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal – Kriterji

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)]

(ara l-punt 25)

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew f’indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz – Trade mark figurattiva fluo.

[Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)]

(ara l-punti 26, 34-43)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Settembru 2016 (Każ R 863/2016-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv fluo. trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Il-punt 2 tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 863/2016-2) huwa annullat.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn M & T Emporia Ilektrikon-Ilektronikon Eidon AE, inkluż l-ispejjeż indispensabbli sostnuti għall-finijiet tal-proċediment quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.