Language of document : ECLI:EU:T:2018:568





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-20 ta’ Settembru 2018 – Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte vs ACER

(Kawża T-123/17)

“Enerġija – Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER – Ċaħda tat-talba għal intervent – Interess dirett u attwali fi tmiem il-proċedura – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ”

1.      Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-Bord tal-Appell tal-ACER – Intervent – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Interess fis-soluzzjoni tat-tilwima – Kunċett – Rekwiżit ta’ interess dirett u attwali  – Soluzzjoni tat-tilwima ta’ natura li taffettwa l-pożizzjoni ġuridika tar-rikorrent – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq ir-rikorrent

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 713/2009, Artikolu 19)

(ara l-punti 26 sa 28)

2.      Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-Bord tal-Appell tal-ACER – Obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – Portata

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Karta tad-Drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(c)); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 713/2009, Artikolu 19)

(ara l-punti 40, 41, 43)

3.      Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv distint minn dak li jirrigwarda l-legalità fuq il-mertu

(Artikoli 263 TFUE u 296 TFUE)

(ara l-punt 42)

4.      Aġenziji tal-Unjoni Ewropea – Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-Bord tal-Appell tal-ACER  – Rispett tad-drittijiet tad-difiża – Dritt ta’ aċċess għall-fajl – Portata – Assenza ta’ komunikazzjoni ta’ dokument – Konsegwenzi – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-parti li titlob l-aċċess

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a) u (b); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 713/2009, Artikolu 19)

(ara l-punti 52 sa 55)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ACER tas-17 ta’ Frar 2017 li tiċħad t-talba għal intervent tar-rikorrenti fil-Każ A-001-2017 (konsolidat).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Exaa Abwicklungsstelle für Energieprodukte AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER), inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.