Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2018 – Devin vs EUIPO – Haskovo (DEVIN)

(Kawża T-122/17) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DEVIN – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Isem ġeografiku – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Devin AD (Devin, il-Bulgarija) (rappreżentant: B. Van Asbroeck, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Di Natale u D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Haskovo Chamber of Commerce and Industry (Haskovo, il-Bulgarija) (rappreżentant: D. Dimitrova, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 579/2016-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Devin AD u Haskovo Chamber of Commerce and Industry.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 579/2016-2) hija annullata.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk esposti minn Devin AD.

Haskovo Chamber of Commerce and Industry għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 121, 18.4.2017.