Language of document : ECLI:EU:T:2018:719

Kawża T122/17

Devin AD

vs

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea DEVIN – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Isem ġeografiku – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal‑25 ta’ Ottubru 2018

1.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża mressqa quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata – Limiti

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, it-tieni sentenza tal-Artikolu 64(1), u l-Artikolu 65(3))

2.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 – Kunċett

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(c) u 52(1)(a))

3.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv tat-trade mark – Ismijiet ġeografiċi

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(c) u 52(1)(a))

4.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 – Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv tat-trade mark – Ismijiet ġeografiċi – Kriterji

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(c) u 52(1)(a))

5.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Reġistrazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 – Trade mark verbali DEVIN – Perċezzjoni tal-kelma “ devin ” mill-konsumatur medju tal-Unjoni – Disponibbiltà tal-isem ġeografiku Devin

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(c) u 52(1)(a))

6.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Effetti tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Limitazzjonijiet – Artikolu 12(b) tar-Regolament Nru 207/2009 – Obbligu ta’ disponibbiltà – Effett

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(c) u 12(b))

7.      Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Effetti tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Drittijiet li jirriżultaw mit-trade mark – Dritt li jiġi pprojbit l-użu tat-trade mark – Użu ta’ sinjal identiku jew simili mingħajr raġuni valida li jieħu vantaġġ inġust mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark jew li jikkawżalhom dannu – Kunċett ta’ raġuni valida – Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 9(2)(c))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 11, 97 sa 99)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 17, 18)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 20 sa 22)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 23, 24)

5.      It-trade mark verbali DEVIN ma hijiex deskrittiva ta’ oriġini ġeografika f’dak li jirrigwarda l-konsumatur medju tal-pajjiżi ġirien tal-Bulgarija, jiġifieri l-Greċja u r-Rumanija, u lanqas tal-Istati Membri l-oħrajn tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni biss tal-Bulgarija.

Filwaqt li l-isem ġeografiku Devin huwa magħruf mill-gruppi interessati fil-Bulgarija, fir-rigward tal-gruppi interessati tal-Istati Membri l-oħrajn tal-Unjoni, l-isem ġeografiku Devin ma huwiex magħruf mill-maġġoranza tagħhom jew, għall-inqas, mhux magħruf bħala indikazzjoni ta’ post ġeografiku.

Is-sempliċi fatt li l-belt ta’ Devin tittella’ mill-magni tat-tiftix tal-internet ma huwiex biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li dan huwa post magħruf minn parti importanti mill-pubbliku rilevanti tal-Greċja u tar-Rumanija. L-eżistenza ta’ “profil turistiku fuq l-internet”, fih innifsu, ma jistax ikun biżżejjed sabiex jistabbilixxi l-għarfien ta’ belt żgħira mill-pubbliku rilevanti barra mill-pajjiż.

Fuq kollox, il-konsumatur medju ta’ ilma minerali u ta’ xorb fl-Unjoni ma għandux livell għoli ta’ speċjalizzazzjoni fil-ġeografija jew fit-turiżmu. Il-Bord tal-Appell, billi ffoka b’mod żbaljat fuq it-turisti barranin, b’mod partikolari Griegi jew Rumeni, li jżuru l-Bulgarija jew Devin, ma ħax inkunsiderazzjoni tal-pubbliku rilevanti kollu, ikkostitwit mill-konsumatur medju tal-Unjoni, b’mod partikolari tal-Greċja u tar-Rumanija, iżda, b’mod żbaljat, illimita ruħu għal parti minima jew żgħira ħafna mill-pubbliku rilevanti, jiġifieri t-turisti barranin li jżuru l-Bulgarija jew Devin, li, fi kwalunkwe każ, tirriżulta negliġibbli u ma tistax tittieħed bħala suffiċjentement rappreżentattiva tiegħu fid-dawl tal-ġurisprudenza. Għaldaqstant, il-Bord tal-Appell applika test ħażin, li wasslu għal evalwazzjoni fattwali żbaljata tal-perċezzjoni tal-kelma “devin” mill-pubbliku rilevanti.

Dwar id-disponibbiltà tal-isem ġeografiku Devin, għandu jitqies li użu deskrittiv tal-isem “Devin” huwa permess għall-finijiet tal-promozzjoni tal-belt bħala destinazzjoni turistika. Ir-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea jipprevedi, fid-definizzjoni nfisha tad-dritt esklużiv mogħti minn trade mark, salvagwardji intiżi li jippreżervaw l-interessi ta’ terzi. L-isem tal-belt ta’ Devin jibqa’ disponibbli għat-terzi mhux biss għal użu deskrittiv, bħall-promozzjoni tat-turiżmu f’din il-belt, iżda wkoll bħala sinjal distintiv fil-każ ta’ “raġuni valida” u ta’ assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni li teskludi l-applikazzjoni tal-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament Nru 207/2009. L-interess ġenerali li tinżamm id-disponibbiltà ta’ isem ġeografiku, bħal dak tal-belt termali ta’ Devin jista’ għalhekk jiġi protett grazzi għall-fatt li użu deskrittiv ta’ tali ismijiet huwa permess u għas-salvagwardji li jillimitaw id-dritt esklużiv tal-proprjetarju tat-trade mark ikkontestata, mingħajr ma tkun meħtieġa d-dikjarazzjoni ta’ invalidità ta’ din it-trade mark.

(ara l-punti 39, 41, 46 sa 48, 79, 83, 89, 90, 93, 95)

6.      L-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea huwa intiż li jirrikonċilja l-interessi fundamentali tal-protezzjoni tad-drittijiet tat-trade mark u dawk tal-moviment liberu tal-merkanzija kif ukoll tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-suq komuni, u dan b’mod li d-dritt tat-trade mark ikun jista’ jissodisfa r-rwol tiegħu ta’ element essenzjali tas-sistema ta’ kompetizzjoni mhux distorta li t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jrid jistabbilixxi u jżomm. B’mod iktar speċifiku, l-Artikolu 12(b) tal-imsemmi regolament huwa intiż li jiżgura l-possibbiltà għall-operaturi ekonomiċi kollha li jużaw indikazzjonijiet deskrittivi. Din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi għalhekk espressjoni tal-ħtieġa ta’ disponibbiltà. Madankollu, il-ħtieġa ta’ disponibbiltà ma tista’ fl-ebda każ tikkostitwixxi limitazzjoni awtonoma tal-effetti tat-trade mark li tiżdied ma’ dawk espressament previsti fl-imsemmi artikolu. Madankollu, minkejja li l-Artikolu 12(1)(b) ma tagħtix lit-terzi l-użu ta’ tali isem bħala trade mark, dan jiggarantixxi madankollu li huma jkunu jistgħu jużawha b’mod deskrittiv, jiġifieri bħala indikazzjoni marbuta mal-oriġini ġeografika, bil-kundizzjoni li l-użu jsir konformement mal-użu ġenwin fil-qasam industrijali jew kummerċjali.

(ara l-punti 76 sa 78)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 87, 88)