Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2021 – Alba Aguilera et vs SEAE

(Kawża T-199/17 RENV) 1

(“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Membri tal-persunal temporanju – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Remunerazzjoni – Persunal tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz – Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – Evalwazzjoni annwali tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien – Deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien għall-persunal assenjat fl-Etjopja minn 30 għal 25 % – Koerenza reġjonali – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni”

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ruben Alba Aguilera (Addis Ababa, l-Etjopja) u s-27 rikorrent ieħor li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spáč, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer, C. García Fernández u F.-M. Hislaire, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ADMIN(2016) 7 tas-SEAE tad-19 ta’ April 2016 dwar l-istabbiliment tal-AKGĦ imsemmija fl-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal – Proċedura 2016, sa fejn tnaqqas, mill-1 ta’ Jannar 2016, l-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien imħallas lill-persunal tal-Unjoni Ewropea assenjat fl-Etjopja.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni ADMIN(2016) 7 tad-Direttur Ġenerali tal-Baġit u l-Amministrazzjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tad-19 ta’ April 2016, dwar l-istabbiliment tal-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien msemmija fl-Artikolu 10 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal - Proċedura 2016 hija annullata, sa fejn tnaqqas, mill-1 ta’ Jannar 2016, l-allowance għall-kundizzjonijiet tal-għajxien imħallas lill-persunal tal-Unjoni Ewropea assenjat fl-Etjopja.

Is-SEAE huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti fil-Kawżi T-119/17, C-427/18 P u T-119/17 RENV.

____________

1     ĠU C 129, 24.4.2017.