Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-14 ta' Mejju 2008 - Lactalis Gestion Lait u Lactalis Investissements vs Il-Kunsill

(Kawża T-29/07)1

("Rikors għal annullament - Direttiva 2006/112/KE - Tħassir ta' l-Ewwel Direttiva VAT - Annullament parzjali - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Lactalis Gestion Lait SNC (Laval, Franza) u Lactalis Investissements SNC (Laval) (rappreżentant: A. Philippart, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Colaert u M. Iosifidou, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament ta' l-Artikolu 411(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta' Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1), safejn iħassar ir-raba' u t-tmien premessi u l-ewwel u t-tielet paragrafi ta' l-Artikolu 1 ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE, tal-11 ta' April 1967, fuq l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU 1967, 71, p. 1301).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

M'għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Kummissjoni u tar-Renju ta' Spanja.

Lactalis Gestion Lait SNC u Lactalis Investissements SNC huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 69, 24.3.2007.