Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-1 ta' Ottubru 2007 - US Steel Košice vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-27/07)1

("Rikors għal annullament - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra - Pjan nazzjonali ta' l-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet għall-Islovakkja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012 - Deċiżjoni ta' ċaħda mill-Kummissjoni - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: US Steel Košice s.r.o. (Košice, is-Slovakkja) (rappreżentanti: E. Vermulst, avukat, u C. Thomas, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Lawunmi u Ü. Wölker, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-29 ta' Novembru 2006, dwar il-pjan nazzjonali ta' l-allokazzjonijiet ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra notifikat mis-Slovakkja għall-perijodu bejn l-2008 u l-2012, skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, p. 32).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

US Steel Košice s.r.o. għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 69, 24.3.2007