Language of document :

Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2024 – Asaş Alüminyum vs EUIPO – Asfaltos del Sureste (ASAŞ)

(Kawża T-172/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Asaş Alüminyum Sanayi ve Ticaret A.S. (Istambul, it-Turkija) (rappreżentanti: C. Sánchez Margareto u M. Pasto  Palomares, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Asfaltos del Sureste, SA (San Pedro Del Pinatar, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark ASAŞ li tindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 596 257 li tindika l-Unjoni Ewropea

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Jannar 2024 fil-Każ R 1408/2023-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________