Language of document : ECLI:EU:T:2011:383





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2011 – ratiopharm vs UASI – Nycomed (ZUFAL)

(Kawża T-222/10)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ZUFAL – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZURCAL – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Xebh tal-prodotti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Restrizzjoni tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għal trade mark – Artikolu 43(1) tar-Regolament Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 19, 20 u 44)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Marzu 2010 (Każ R 874/2008‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nycomed GmbH u ratiopharm GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ratiopharm GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.