Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2012 - Hell Energy Magyarország vs UASI - Hansa Mineralbrunnen (HELL)

(Kawża T-522/10) 

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva HELL - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti HELLA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh bejn il-prodotti u s-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hell Energy Magyarország kft (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: M. Treis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Hansa Mineralbrunnen GmbH (Rellingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Renck, V. von Bomhard, E. Nicolás Gómez u T. Dolde, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta' Awwissu 2010 (Każ R 1517/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Hansa Mineralbrunnen GmbH u Hell Energy Magyarország.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Hell Energy Magyarország kft hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 13, 15.01.2011