Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Frar 2012 - Azienda Agricola Colsaliz di Faganello Antonio vs UASI - Weinkellerei Lenz Moser (SERVO SUO)

(Kawża T-525/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SERVO SUO - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SERVUS - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Azienda Agricola Colsaliz di Faganello Antonio (Refrontolo, l-Italja) (rappreżentanti: G. Massa u P. Massa, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Mannucci, sussegwentement P. Bullock, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Weinkellerei Lenz Moser AG (Linz, l-Awstrija) (rappreżentant: C. R. Haarmann, avukat)

Suġġett

Appell mid-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta' Awwissu 2010 (Każ R 1571/2009-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Weinkellerei Lenz Moser AG u Azienda Agricola Colsaliz di Faganello Antonio.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Azienda Agricola Colsaliz di Faganello Antonio hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 13, 15.01.2001.