Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Novembru 2010 - Confortel Gestión vs UASI - Homargrup (CONFORTEL AQUA 4)

(Kawża T-521/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Confortel Gestión, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: I. Valdelomar Serrano)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Homargrup, SA (Sta Susana, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tanulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell, tal-5 ta' Awwissu 2010, fil-Każ R 1359/2009-2, u għaldaqstant ir-reġistrazzjoni tat-Trade mark Komunitarja Nru 5.276.951 "CONFORTEL Aqua 4" għall-klassijiet kollha mitluba, u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Confortel Gestión, SA.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "CONFORTEL Aqua 4" għal servizzi fil-klassijiet 41, 43 u 44.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Homargrup, SA.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade marks Komunitarji verbali u figurattiva "AQUA" u "A AQUA HOTEL" u t-trade marks Spanjoli verbali u figurattiva "AQUAMARINA", "AQUATEL" u "AQUAMAR" għal servizzi fil-klassi 42.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li ma hemmx probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).