Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Frar 2011 - Comunidad Autónoma de Galicia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-520/10 R)

"Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Kumpens tal-ispejjeż addizzjonali ta' produzzjoni ta' ċerti ċentrali tal-elettriku li jirriżultaw mill-obbligu ta' servizz pubbliku ta' produzzjoni ta' ċerti volumi ta' elettriku mill-faħam ta' oriġni nazzjonali u l-implementazzjoni ta' 'mekkaniżmu ta' dispaċċ preferenzali' favurihom - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumis boni juris - Nuqqas ta' urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Ricorrenti: Comunidad Autónoma de Galicia (Santiago de Compostela, Spanja) (rappreżentanti: S. Martínez Lage, H. Brokelmann u A. Rincón García Loygorri, avukati)

Konvenuta: il-Kummissjoni Erwropej (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4499, tad-29 ta' Settembru 2010, dwar l-għajnuna mill-Istat N 178/2010, innotifikata mir-Renju ta' Spanja taħt il-forma ta' kumpens għas-servizz pubbliku assoċjat ma' mekkaniżmu ta' dispaċċ preferenzjali favur ċentrali tal-produzzjoni tal-enerġija elettrika li jużaw il-faħam ta' oriġni nazzjonali.

Dispożittiv

Hidroeléctrica del Cantábrico, SA, u l-Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón huma ammessi sabiex jintervjenu insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni Europea.

Kopja tad-dokumenti kollha tal-proċedura ser tintbagħat mir-Reġistratur, lill-partijiet imsemmija fil-punt 1 ta' dan id-dispożittiv.

3)    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

4)    L-ispejjeż huma rriżervati.

____________