Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Novembru 2010 - Hell Energy vs UASI - Hansa Mineralbrunnen (HELL)

(Kawża T-522/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hell Energy Magyarország kft (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: M. Treis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell: Hansa Mineralbrunnen GmbH (Rellingen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta' Awwissu 2010 fil-Każ R 1517/2009-1;

tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 5937107; u

tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż ta' dawn il-proċeduri kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "HELL", għal prodotti fil-klassi 32 - applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5937107

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5135331 tat-trade mark verbali "Hella", għal prodotti fil-klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ir-rikorrenti tqis li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni wettqu żball meta ddeċidew li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni.

____________