Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Novembru 2011 - Chabou vs UASI - Chalou (CHABOU)

(Kawża T-323/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CHABOU - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali preċedenti Chalou - Rifjut ta' reġistrazzjoni - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 12(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Chickmouza Chabou (Rheine, il-Ġermanja) (rappreżentant: K.-J. Triebold, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Chalou GmbH (Herschweiler-Pettersheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Träger, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta' Mejju 2010 (Każ R 1165/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Chalou GmbH u Chickmouza Chabou.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Chickmouza Chabou huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 288, 23.10.2010.