Language of document : ECLI:EU:T:2011:157





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ April 2011 – Fuller & Thaler Asset Mangement vs UASI (BEHAVIOURAL INDEXING u BEHAVIOURAL INDEX)

(Kawżi T-310/09 u T-383/09)

“Trade mark Komunitarja – Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji verbali BEHAVIOURAL INDEXING u BEHAVIOURAL INDEX – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru desrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 33, 44)

2.                     Trade mark Komunitarja - Dispożizzjonijiet proċedurali - Eżami ex officio tal-fatti - Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punti 49)

Suġġett

Fil-Kawża T‑310/09, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord Suprem tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ April 2009 (Każ R 323/2008-G), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BEHAVIOURAL INDEXING bħala trade mark Komunitarja u, fil-Kawża T‑383/09, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 138/2009-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BEHAVIOURAL INDEX bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Fuller & Thaler Asset Management, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade marks verbali BEHAVIOURAL INDEXING u BEHAVIOURAL INDEX għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 36 – Applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni Nri 5785456 u 5785092

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjonijiet irrifjutati

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appelli miċħuda


Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T‑310/09 u T‑383/09 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

3)

Fuller & Thaler Asset Management, Inc. hija kkundannata, fil-Kawżi T‑310/09 u T‑383/09, sabiex tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).